Thursday, February 23, 2012

Lil Wildi

Kont nitgħaxxaq narak tikber,

iddaħħakni b’xi praspura. 
Iżda qatt ma kont ħerqan wisq 
ħalli tfittex timmatura.

Għamilt ħilti u anki iktar,
ħa ma ntemmx il-wegħda m’ommok. 
Għajnejk kbar, ħodor ileqqu.
Kienet tiswa d-daħka f’fommok! 

Ġiet ix-xitwa u l-ajru kesaħ.
Ħassejt riefnu u kollox skura. 
Il-ħolm tar u sfixxa f’daqqa.
Ħajti ġiet – karikatura.

2 comments:

  1. It-telfa; it-telfa tifni; sa ma l-bniedem jigbor il-forzi kollha tieghu, jghaddas rasu, u jimxi qalb l-foresta mdallma sa ma jsib ruhu fit-trejqa li taghti ghar-roqgha fejn tidhol ix-xemx.

    Il-qosor taghha ta lok ghal interpretazzjonijiet varji. Se nsegwik, mhux biss ghax habibtek, imma ghax naf illi hemm hafna emozzjoni illi ghandha bzonn tohrog - u nixtieq naraha hawn.

    ReplyDelete