Friday, February 24, 2012

Avventura?

Idha ponn kiesħa f’idu.
Rasha mkebba m’għonqu.
Moħħha mkexkex ma’ nifsu sħun.

Mexjin.
Daħkana.

Ħarsithom titwaħħad
meta d-dlam jirrenja.
Fil-bogħod hemm xemgħa
li dalwaqt tintefa’.

No comments:

Post a Comment