Kont nitgħaxxaq narak tikber,
iddaħħakni b’xi praspura.
Iżda qatt ma kont ħerqan wisq
ħalli tfittex timmatura.
Għamilt ħilti u anki iktar,
ħa ma ntemmx il-wegħda m’ommok.
Għajnejk kbar, ħodor ileqqu.
Kienet tiswa d-daħka f’fommok!
Ġiet ix-xitwa u l-ajru kesaħ.
Ħassejt riefnu u kollox skura.
Il-ħolm tar u sfixxa f’daqqa.
Ħajti ġiet – karikatura.
It-telfa; it-telfa tifni; sa ma l-bniedem jigbor il-forzi kollha tieghu, jghaddas rasu, u jimxi qalb l-foresta mdallma sa ma jsib ruhu fit-trejqa li taghti ghar-roqgha fejn tidhol ix-xemx.
ReplyDeleteIl-qosor taghha ta lok ghal interpretazzjonijiet varji. Se nsegwik, mhux biss ghax habibtek, imma ghax naf illi hemm hafna emozzjoni illi ghandha bzonn tohrog - u nixtieq naraha hawn.
Grazzi ħafna :) xx
Delete