Xtaqt infarfru u
nġibu kif kien.
Imma ma ridnix.
Ried jibqa’
mġiddem u jgħożż it-trab.
Stħajtu u ħbejtu,
biex ma jilmħuhx.
Bla ebda kas - ma
kkoppax maħmuġ.
Issa rrid nidra.
Hekk kuntent
joqgħod, x’niswa jien?
La jislem ir-riefnu
u jtajjar dal-frak
Mill-ġdid u għal
dejjem jintmesaħ il-platt.
Tinbidel surietu.
U fih nilmaħ xbiheti
li qatt ma rajt.