Friday, March 9, 2012

Il-platt ta’ ħajti

Tikka wara tikka, imtela bil-ħmieġ.
Xtaqt infarfru u nġibu kif kien.
Imma ma ridnix.
Ried jibqa’ mġiddem u jgħożż it-trab.

Stħajtu u ħbejtu, biex ma jilmħuhx.
Bla ebda kas - ma kkoppax maħmuġ.
Issa rrid nidra.
Hekk kuntent joqgħod, x’niswa jien?

La jislem ir-riefnu u jtajjar dal-frak
Mill-ġdid u għal dejjem jintmesaħ il-platt.
Tinbidel surietu.
U fih nilmaħ xbiheti li qatt ma rajt.

2 comments:

  1. wow - vera intensa din Debbie! Prosit tassew!
    L-aħħar vers huwa pinzellata li tispjega l-pittura kollha! prosit prosit prosit!

    ReplyDelete